Tu cesta está actualmente vacía.

Buscar a un
distribuidor del libro
en su pais.

o comprar on-line el libro, de este sitio web.

Imprimir

HERCÓLUBUS JEW PJANETA ĦAMRA
V.M. Rabolú (1926-2000)

“Dan il-ktieb ktibtu b’ħafna sagrifiċċju, mixħut ġewwa sodda mingħajr ma nista’ nqum jew noqgħod bil-qiegħda; iżda meta rajt il-bżonn li nagħti avviż lill-Umanità fuq id-diżastru li se jiġi, għamilt sforz qawwi.”

“Hercólubus, Pjaneta Ħamra, hija bejn ħames u sitt darbiet ikbar minn Ġupiter, hija bħal ġgant kbir, li ma’ jista’ jkun hemm xejn li jostakulaha jew jiżvijjaha.”

“Se jasal il-mument tat-traġedja, tad-dlam: tregħid, terremoti fuq l-art u fil-baħar; in-nies se jiġġennu għaliex mhux se jkunu jistgħu la jieklu u lanqas jorqdu; u meta se jaraw dan l-għawġ, il-mases tan-nies se jintefgħu mill-irdumijiet, kom­pletament fi stat tal-ġenn.”

“Hemm xquq kbar fil-meded ta’ l-ibħra, mill-aktar fondi, li diġà qed jagħmlu kuntatt man-nar tad-Dinja, preċiżament minħabba l-provi atomiċi li qed jagħmlu x-xjentisti u l-potenzi, dawk li jqisu ruħhom bħala potenzi, mingħajr ma jqisu l-kon­segwenzi ta’ l-atroċitajiet li għamlu u qed jagħmlu kontra l-pjaneta u kontra l-Umanità.”

“In-nar tad-Dinja diġà beda jagħmel kuntatt ma’ l-ilma, u bdew ifeġġu ċ-ċikluni, li l-Amerikani jsejħu “il-fenomenu ta’ El Niño”. Mhuwiex “El Niño”, huwa l-kuntatt tan-nar tad-Dinja ma’ l-ilma, li qed jinfirex ma’ l-oċean. B’kawża ta’dawn ix-xquq, jiffurmaw terremoti fl-art, fil-baħar, u ħwejjeg oħra tal-biża’ fl-art u fil-baħar, u mhux se tibqa’ belt waħda mal-kosta li mhux se tinqered; u l-pjaneta tagħna se tibda tegħreq fl-oċean, għaliex diġà ġie mħarrek minn postu l-fus tad-Dinja minħabba dawn il-provi kollha li qed jagħmlu.”

“Kelli x’naqsam ħafna drabi ma’ dawn in-nies, mort Venere u Marte, meta użajt il-Ġisem Astrali tiegħi b’mod kuxjenti u nista’ nistqarr, xhieda ta’ dawn il-maravilja ta’ nies, li m’għandix kliem biżżejjed biex niddeskrivi l-għerf, il-kultura, u l-ħajja ta’ l-anġli li għandhom.”

“Il-vetturi interplanetarji kollha jimxu bl-enerġija solari. Magħmulin minn materjal li hawnhekk ma jeżistix, u li jirreżisti l-balal u kollox. Huma magħ­mulin minn biċċa sħiħa, ma hemmx biċċiet imwaħ­ħla, jew irbattituri, u kollha jinstaqu permezz ta’ buttuni.”

“Kull bniedem uman għandu ġewwa fih Xrara Divina li tissejjaħ Ruħ, Essenza, jew Budhata, jew ismijiet oħra differenti; iżda fil-fatt, hija xrara divina li tixprunana u tagħtina s-saħħa biex nibdew inwettqu xogħol spiritwali, bħal dak li qed nurikom u ngħallimkom. Din l-Essenza jew Ruħ hija maqbuda fil-ħażen kollu tagħna, fid-difetti tagħna, u fil-‘jien’ psikoloġiċi li b’mod esoteriku jissejħu “Ego”; huma dawk li lir-Ruħ ma jħalluhiex tintwera bil-ħelsien sħiħ, għaliex huma dawn l-elementi li jġibu ruħhom bħala l-kelliema u l-kontroll tal-persuna.”

“B’dan il-proċess li qed nuri fuq il-mewt ta’ l-Ego, nakkwistaw il-Kastità Xjentifika, u nitgħallmu nħobbu lill-Umanità. Min ma jirsistix biex iġib fix-xejn id-difetti, qatt ma jista’ jakkwista l-Kastità u qatt ma jista jhoss imħabba lejn l-oħrajn, għaliex ma jkunx iħobb lilu nnisfu.”

“Dan huwa l-Pjan Astrali jew il-Ħames Dimen­sjoni, fejn ma jeżistix la l-piż u lanqas id-distanza fejn il-Ġisem Astrali jeżisti; ġisem identiku eżatt bħal wieħed fiżiku, enerġetiku, li jimxi b’veloċità qawwija bħal ħsieb, li huwa mogħni bil-ħila biex jinvestiga dak li jrid mill-Univers.”

“Il-mantram hija kelma msaħħra, li biha nistghu noħorġu mill-ġisem fiżiku u nerġgħu nidħlu ġewwa fih, b’mod sħiħ koxjenti.”

Mantram LA RA S
Mantram FA RA ON

“Għażiż qarrej: qed nitkellem ċar ħafna sabiex tifhem il-ħtieġa li hemm bżonn biex tibda taħdem bis-serjetà, għaliex min qed jaħdem issa se joħroġ minn dan l-għawġ. Dan kollu mhuwiex biex jiġu magħġuna teoriji jew taħdidiet iżda sabiex jinħassu t-tagħlimiet tassew li qed nagħti f’dan il-ktieb; għalhekk ma baqagħli xejn aktar ħlief li nħeġġeġ lin-nies.”

Werrej
  • Daħla
  • Hercólubus, Pjaneta Ħamra
  • Il-provi Atomiċi u l-Oċean
  • L-Estraterrestri
  • Il-Mewt
  • Is-Separazzjoni Astrali
  • Nota ta’ l-aħħar
  • Especificaciones técnicas
    • 64 páginas
    • Dimensiones 12,5 x 18 cm
    • Lomo cosido con hilo
    • Encuadernación con cubierta laminada
    • Precio 7,00 €